BOOK YOUR TICKETS

Choose performance date and time

booking

Serata b’4

Step 2: Select performance date and time

If there are any problems contact us on info@ticketline.com.mt. E-mails will be responded to within one business day. All prices stated are the full face value and are inclusive of VAT.

Description

Erba' siltiet minn xoghlijiet ta' erba' awturi Maltin ser jigu pprezentati mill-istudenti tat-tielet sena ta’ Freespirit Acting bid-direzzjoni ta’ Dominic Said u Anthony Ellul.

L-Infern jista’ jistenna ta’ Gorg Peresso
Kieli li f’hajtu dejjem approfitta minn dawk li kienu jfittxuh ghal xi pjacir, imut u jsib ruhu barra l-bieb tal-genna. Kieli haseb li kien se jidhol sparat il-genna imma hawn isib ostaklu iebes u jirrifletti ftit fuq hajtu.

Inkisritlu l-ponta ta' Lino Grech
Ponzju, ragel ghazzien, ma jridx jahdem, u jara kif jisloh xi haga mill-gharusa tieghu. Meta din titilqu, jipprova jara kif jaghmel biex jigi arrestat u jidhol il-habs forsi minn hemm jiekol bukkun.

It-tieg ta’ Karmena Abdilla ta’ Charles Clews
Charles Clews din is-sena jaghlaq mitt sena minn twelidu u ghaxar snin minn mewtu. Kummiedja mexxejja li tirrifletti l-karattri u l-kultura tal-Maltin fl-imgioddi. Is-seher forsi hu fis-sitwazzjoni komika li tinholoq bejn il-karattri jew xi fattur iehor li jibqa’ misteru.

Il-Mandraggara ta’ Guzè Chetcuti
Wahda mill-aktar xoghlijiet kontroversjali ta’ Guzè Chetcuti. U bir-ragun. Hija ambjentata ftit wara t-tieni gwerra, meta l-faqar f’Malta kont taqtghu b’sikkina. Chectuti holoq ambjent fejn il-passjoni tal-bniedem spiss ma tistax tigi kkontrollata.